Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2010 - SNCF vs UASI - Infotrafic (infotrafic)

(Kawża T-491/10)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Reynaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infotrafic SA (Ermont, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 1268/2009-2 fil-punti 16 sa 23,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva "infotrafic" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 39 u 42 - Trade mark Komunitarja Nruº1 926 815

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Infotrafic SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 52 u 7(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009, sa fejn l-eżami tat-trade mark Komunitarja kumplessa, fejn wieħed mill-elementi jkun nieqes mill-karattru distintiv jew li għandu karattru distintiv dubjuż, għandu jitratta kull element separatament; ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni

____________