Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Batchelor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/08) 1

["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti skambjati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' miżuri meħuda fil-qasam ta' attivitajiet ta' xandir televiżiv - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta' spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward William Batchelor (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment F. Young, solicitor, A. Barav, barrister, u D. Reymond, avukat, sussegwentement A. Barav, D. Reymond u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Docksey, C. O'Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti, sussegwentement C. O'Reilly u P. Costa de Oliveira)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u S. Juul Jørgensen, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, L. Seeboruth u I. Rao, aġenti, sussegwentement I. Rao, assistit minn G. Facenna u T. de la Mare, barristers)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2008, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti skambjati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fuq il-bażi tal-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta' Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonjiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad l-istess talba meqjusa bħala li ġiet adottata fid-9 ta' April 2008.

Dispożittiv

Ir-rikors kontra d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda meqjusa bħala li ġiet adottata fid-9 ta' April 2008 huwa miċħud bħala inammissibbli.

Id-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta' Marzu 2008 hija annullata, ħlief sa fejn hija tikkonċerna d-data inkluża fl-ewwel żewġ annessi tal-ittra tad-19 ta' Frar 2007, li fir-rigward tagħhom l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ġiet invokata.

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Edward William Batchelor.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn E. W. Batchelor minħabba l-intervent tiegħu.

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 2009, 15.08.2008.