Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Promotional Products Europe (NORTHWOOD professional forest equipment)

(Kawża T-622/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ratioparts-Ersatzteile-Vertriebs GmbH (Euskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norwood Promotional Products Europe, SL (Tarragona, Spanja)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1244/2012-2) b’mod li l-oppożizzjoni B 1 796 807 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NORTHWOOD professional forest equipment” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 20, 25 u 35 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 412 776Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norwood Promotional Products Europe, SLTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “NORWOOD” għal prodotti fil-klassi 35Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009