Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Comptoir d’Épicure vs UASI – A-Rosa Akademie (da rosa)

(Kawża T-405/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva da rosa – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti aROSA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 –Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-regola 22 tar-Regolament (KE) Nru°2868/95”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Le Comptoir d’Épicure (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: A-Rosa Akademie GmbH (Rostock, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1195/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A- Rosa Akademie Gmbh u Le Comptoir d’Épicure.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Le Comptoir d’Épicure hija kkundannata għall-ispejjeż.