Language of document : ECLI:EU:T:2009:250





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Zenab vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑33/06)

“Għajnuna finanzjarja Komunitarja – Programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp, għad-distribuzzjoni u għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) – Sejħa għal proposti – Ċaħda tal-proposta – Delegazzjoni illegali allegata ta’ kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aċċess għad-dokumenti – Rikors għal annullament u għad-danni”

1.                     Kultura - Programmi Komunitarji - Programm MEDIA Plus (Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821, Artikoli 8(2) u 10) (ara l-punti 58-75, 94-128)

2.                     Rikors għal annullament - Motivi (ara l-punt 76)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-kuntest ta’ programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp u għad-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 137-155)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 162, 163)

Suġġett

Fl-ewwel lok, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 648599, tad-9 ta’ Novembru 2005, u, fit-tieni lok, konstatazzjoni tar-reponsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea u l-kundanna tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 37 807 bħala kumpens għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tas-sejħa għal proposti, l-ammont tad-danni morali minħabba l-ħsara għar-reputazzjoni u l-ammont tad-danni materjali minħabba d-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-proġett EuroVOD kif ukoll il-ħatra ta’ espert sabiex jiġu evalwati dawn id‑danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zenab SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.