Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Versailles (Franza) fid-9 ta’ Novembru 2023 – Caisse d’allocations familiales des Hauts-de-Seine vs TX

(Kawża C-664/23, Caisse d’allocations familiales des Hauts-de-Seine)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Versailles .

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse d’allocations familiales des Hauts-de-Seine .

Konvenut: TX.

Domanda preliminari

Wara s-sentenza INPS vs WS tal-25 ta’ Novembru 2020 (Kawża C-302/19), l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħalma hi Franza, li tipprojibixxi għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali, biex jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tfal, imwielda f’pajjiż terz, tad-detentur ta’ permess uniku, fis-sens tal-Artikolu 2(c) tal-imsemmija direttiva, meta dawn it-tfal, li għalihom huwa responsabbli, ma daħlux fit-territorju tal-Istat Membru għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja jew id-dokumenti biex jiġġustifikaw il-legalità tad-dħul tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat ma ġewx prodotti, peress li din il-kundizzjoni ma tapplikax għat-tfal ta’ persuni eliġibbli għall-benefiċċji li huma minn dak il-pajjiż jew li huma ċittadini ta’ Stat Membru ieħor?

____________