Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2016 – Nezi vs UASI – Etam (E)

(Kawża T-645/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark Komunitarja figurattiva E – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ERaġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Reputazzjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Evcharis Nezi (Mykonos, il-Greċja) (rappreżentant: A. Salkitzoglou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Etam SAS (Clichy, Franza) (rappreżentanti: G. Barbaut u A. Champanhet, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 329/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etam SAS u Evcharis Nezi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

Evcharis Nezi u Etam SAS huma kkundannati li jbatu kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), kif ukoll li jbatu kull waħda minnhom l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 61, 1.3.2014.