Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – HSH Investment Holdings Coinvest-C u HSH Investment FSO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-499/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Settur bankarju – Ristrutturazzjoni ta’ HSH Nordbank – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess individwali – Azzjonista minoritarju tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Kunċett ta’ interess distint – Inammissibbiltà parzjali – Dilwizzjoni tal-kapital”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HSH Investment Holdings Coinvest-C Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u HSH Investment FSO (Lussemburgu) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer, H. Ehlers u C. Kovács, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil HSH Nordbank AG SA.29338 [(C 29/09, ex N 264/09)] (ĠU L 225, 21.8.2012, p. 1),DispożittivIr-rikors huwa miċħud.HSH Investment Holdings Coinvest-C Sàrl u HSH Investment Holdings FSO Sàrl huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 26, 26.1.2013.