Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – BestWater International GmbH vs Michael Mebes, Stefan Potsch

(Kawża C-348/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Soċjetà tal-informazzjoni – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Artikolu 3(1) – Komunikazzjoni lill-pubbliku – Kunċett – Links tal-internet li jagħtu aċċess għal xogħlijiet protetti – Użu tat-teknika tal-‘framing’)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BestWater International GmbH

Konvenuti: Michael Mebes, Stefan Potsch

Dispożittiv

Is-sempliċi fatt li xogħol protett, liberament disponibbli fuq sit tal-Internet, jiġi inserit fuq sit tal-Internet ieħor permezz ta’ link li juża t-teknika tal-“framing”, bħal dik użata fil-kawża prinċipali, ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, peress li x-xogħol inkwistjoni ma huwa la trażmess lil pubbliku ġdid u lanqas ikkomunikat skont metodu tekniku speċifiku, differenti minn dak tal-komunikazzjoni oriġinali.

____________

1 ĠU C 325, 09.11.2013.