Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 – Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) vs L-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni

(Kawża T-695/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ente nazionale per l'aviazione civile (ENAC) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Garofoli, avukat u G. Palmieri, bħala aġent)

Konvenuti: Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Ottubru 2013, b’referenza Ares (203) 3321778, li għandha bħala suġġett l-i“Studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio” li għalih hija ddikjarat il-bidu tal-proċedura għar-rimbors ta’ parti mis-sussidju mogħti għat-twettiq tal-imsemmi studju u t-trażmissjoni ta’ nota ta’ debitu tal-ammont ta’ EUR 158 517.54;

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport, li għaliha jsir riferiment fl-ittra tat-23 ta’ Ottubru 2013 u li għandha bħala suġġett l-“għeluq tal-azzjoni 2009-IT-91407-S – Studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio – Deċiżjoni C(2010)4456 tal-Kummissjoni”, sa fejn hija tiddikjara mhux eleġibbli, u konsegwentement li ma jistgħux jibbenefikaw minn sussidju, l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, diġà mwettqa, filwaqt li titlob il-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 158 517.54.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjonijiet li huma s-suġġett ta’ din il-kawża huma dawk ikkontestati fil-Kawżi T-270/13 u T-692/13, SACBO vs Il-Kummissjoni u TEN-T EA.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk esposti f’dawn il-kawżi.