Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 – Meta Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-696/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li t-tnaqqis magħmul mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil META S.r.l huma illegali;

u, għalhekk, tikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti lir-rikorrenti s-somma addizzjonali ta’ EUR 129 153.11, flimkien mal-interessi moratorji;

tikkundanna lill-Amministrazzjoni biex tikkumpensa d-dannu konsekuttiv miġrub mir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li naqqsu s-sussidju inizjalment previst għall-proġetti “BCreative”, “Take-It-Up” u “Ecolink+”, li l-ftehimiet għas-sussidji ġew konklużi bejn ir-rikorrenti u l-konvenuta fil-kuntest tal-“Programm Qafas tal-kompetittività u l-innovazzjoni (KIP) (2007-2013)”.

Diversi deċiżjonijiet dwar dawn il-proġetti huma s-suġġett ta’ rikors anki fil-Kawżi T-471/12, T -34/13 u T-35/13, Meta Group vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali esposti huma identiċi għal dawk invokati f’dawn il-kawżi.