Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2013 – Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO)

(Kawża T-664/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petco Animal Supplies Stores, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Domingo Gutiérrez Ariza (Malaga, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 347/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PETCO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 31 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 114 081

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja Nru 9 062 902 għat-trade mark figurattiva bl-aħmar u bl-abjad li fiha l-element verbali “PETCO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell aċċettat parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja