Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2015 – Repsol vs UASI - Basic (BASIC)

(Kawża T-609/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “BASIC” – Trade mark Komunitarja Nru 5 648 159

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Awwissu 2015, fil-Każ R 2384/2013-1

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors, flimkien mad-dokumenti annessi, u l-kopji korrispondenti;

tilqa’ l-provi kollha annessi ma’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.Motivi invokatiIl-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni inkorretta tal-provi sottomessi minn Basic AG dwar l-użu ġenwin tal-ismijiet ta’ kumpannija “Basic AG” u “Basic” fin-negozju fil-Ġermanja;Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata b’mod inkorrett fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, b’rabta mal-Artikolu 53(1)(c), sa fejn bejn it-trade marks “basic” figurattivi ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni. Il-frażi ‘basic’ hija nieqsa minn karattru distintiv;Il-protezzjoni eċċezzjonali tal-Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks fir-rigward ta’ ismijiet tan-negozju mhux irreġistrati għandha tiġi interpretata b’mod ristrett, skont it-Trattat ta’ Ruma tat-23 ta’ Marzu 1957 u l-ġurisprudenza Komunitarja.

____________