Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Repsol YPF vs EUIPO – Basic (BASIC)

(Kawża T-609/15) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC – Ismijiet kummerċjali nazzjonali preċedenti basic u basic AG – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, sussegwentement minn J. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Altenburg u H. Bickel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2384/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Basic Lebensmittelhandel u Repsol, SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-11 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2384/2013-1), hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Repsol YPF, SA.

Basic AG Lebensmittelhandel għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 27, 25.1.2016.