Language of document : ECLI:EU:T:2017:640

Kawża T-609/15

Repsol YPF, SA

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC – Ismijiet kummerċjali nazzjonali preċedenti basic u basic AG – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni – Evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Użu tas-sinjal fil-kummerċ – Kriterju ratione temporis

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)(a) u Artikolu 53(1)(c))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark figurattiva BASIC u ismijiet kummerċjali basic u basic AG

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 24 sa 27)

2.      Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, sinjal jintuża fil-kummerċ meta l-użu tiegħu jsir fil-kuntest ta’ attività kummerċjali intiż għal vantaġġ ekonomiku u mhux fil-qasam privat.

Fir-rigward tal-perijodu rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandu jipprova li l-użu tas-sinjal invokat fil-kummerċ ikun sar qabel il-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea inkwistjoni. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, dan is-sinjal għad għandu jkun qiegħed jintuża fil-mument tal-preżentata tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. Fi kliem ieħor, għandu jiġi stabbilit li s-sinjal invokat kien użat mhux biss fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll fid-data tal-preżentata tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, peress li, meta tiġi prodotta prova bħal din, jista’ jitqies b’mod leġittimu li l-imsemmi sinjal kien “għadu jintuża” f’din l-aħħar data fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza.

(ara l-punti 47, 48)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49 sa 67)