Language of document : ECLI:EU:T:2018:63

Kawża T611/15

Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring mbH

vs

IlKummissjoni Ewropea

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Werrej tal-fajl tal-Kummissjoni dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat‑28 ta’ April 2015

1.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Riferiment għal deċiżjoni konfermattiva mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura oħra magħrufa mill-applikant – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

2.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Obbligu li l-applikant jiġi mfakkar dwar ir-rimedji ġudizzjarji kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess – Nuqqas ta’ osservanza – Riferiment għal deċiżjoni konfermattiva mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura oħra magħrufa mill-applikant – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8(1))

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Applikazzjoni għall-fajls amministrattivi relatati mal-proċeduri ta’ kontroll tal-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni – Preżunzjoni ġenerali ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi involuti f’tali proċedura permezz tal-iżvelar ta’ ċerti dokument inklużi f’tali fajls – Limiti

(Artikolu 101 TFUE, Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Applikazzjoni għall-fajls amministrattivi relatati mal-proċeduri ta’ kontroll tal-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni – Preżunzjoni ġenerali ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi involuti f’tali proċedura permezz tal-iżvelar ta’ ċerti dokument inklużi f’tali fajls – Talba għal aċċess li ma tirrigwardax il-fajl sħiħ – Assenza ta’ effett

(Artikolu 101 TFUE, Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004)

5.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Applikazzjoni għall-fajls amministrattivi relatati mal-proċeduri ta’ kontroll tal-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni – Preżunzjoni ġenerali ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi involuti f’tali proċedura permezz tal-iżvelar ta’ ċerti dokument inklużi f’tali fajls – Applikazzjoni għall-werrejja

(Artikolu 101 TFUE, Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

6.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti – Kunċett – Tressiq ta’ kawża għall-kumpens għad-dannu mġarrab minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Esklużjoni – Natura privata ta’ tali interess

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

7.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu li jingħata aċċess parzjali għall-informazzjoni mhux koperta mill-eċċezzjonijiet – Applikazzjoni għad-dokumenti li jaqgħu f’kategorija koperta minn preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(6))

1.      Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ dritt li huma rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll tal-kuntest tiegħu, kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. F’dan ir-rigward, motivazzjoni per relationem tista’ tiġi ammessa. Barra minn hekk, ir-riferiment magħmul f’att għal att distint għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-Artikolu 296 TFUE u ma jiksirx l-obbligu ta’ motivazzjoni li jaqa’ fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Għal dak li jirrigwarda deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti li jirreferu, parzjalment, għal raġunijiet li jinsabu fid-deċiżjoni konfermattiva mogħtija wara talba għal aċċess għal dokumenti preċedenti, tali riferiment ma jistax ikun ta’ natura li jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn id-deċiżjoni inizjali u d-deċiżjoni konfermattiva fl-ewwel proċedura seħħew f’kuntest magħruf mill-applikant, id-deċiżjoni konfermattiva fl-ewwel proċedura tressqet għall-konjizzjoni tal-applikant qabel ma huwa ppreżenta t-talba għal aċċess tiegħu fit-tieni proċedura u l-applikant seta’ jkun jaf ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ aċċess fil-konfront tiegħu u jikkontestahom b’mod utli quddiem il-qrati tal-Unjoni.

(ara l-punti 31, 32, 35, 37, 38, 41)

2.      Għal dak li jirrigwarda l-obbligu impost fuq istituzzjoni li tirrifjuta totalment jew parzjalment l-aċċess għal dokument li tfakkar lill-applikant dwar ir-rimedji ġudizzjarji tiegħu, ma jistax jitqies li ksur ta’ dan l-obbligu jikkostitwixxi illegalità ta’ natura li twassal għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess fuq dan il-punt, f’ċirkustanzi fejn isir riferiment f’din id-deċiżjoni għall-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni konfermattiva mogħtija wara t-talba għal aċċess għal dokumenti preċedenti u fejn l-applikant seta’ jsir jaf dwar ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli kontra l-imsemmija deċiżjoni u jressaq rikors għal annullament.

(ara l-punt 49)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 59 sa 63, 88)

4.      Għal dak li jirrigwarda l-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità applikabbli għad-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni relatat ma’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, din il-preżunzjoni tista’ tiġi applikata irrispettivament min-numru ta’ dokumenti kkonċernati mit-talba għal aċċess. F’dan ir-rigward, l-applikazzjoni ta’ preżunzjonijiet ġenerali ta’ kunfidenzjalità ġiet aċċettata irrispettivament min-numru ta’ dokumenti kkonċernati mit-talba għal aċċess, u dan anki meta s-suġġett tat-talba kien dokument wieħed biss. Fil-fatt, huwa kriterju kwalitattiv, jiġifieri l-fatt li d-dokumenti jirrigwardaw l-istess proċedura, li jiddetermina l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut, u mhux kriterju kwantitattiv, jiġifieri l-ammont ta’ dokumenti koperti mit-talba għal aċċess. Irrispettivament min-numru ta’ dokumenti li huma s-suġġett tat-talba għal aċċess, l-aċċess għad-dokumenti ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE ma jistax jingħata mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-istess regoli stretti dwar l-ipproċessar ta’ informazzjoni miksuba jew stabbilita fil-kuntest ta’ tali proċedura, previsti mir-Regolamenti Nri 1/2003 u 773/2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101 u 102 TFUE.

Barra minn hekk, l-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità applikabbli għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE hija bbażata, essenzjalment, fuq interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li tieħu inkunsiderazzjoni regoli stretti dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni miksuba jew stabbilita fil-kuntest ta’ tali proċedura, previsti mir-Regolamenti Nri 1/2003 u 773/2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101 u 102 TFUE. Fi kliem ieħor, din il-preżunzjoni hija bbażata fuq il-premessa li l-proċedura inkwistjoni tistabbilixxi sistema speċifika għall-aċċess għal dokumenti. L-eżistenza ta’ tali sistema tippermetti li jiġi preżunt li, bħala prinċipju, l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti jista’ jippreġudika l-għan li tipprova tilħaq il-proċedura li taħtha jaqgħu d-dokumenti inkwistjoni.

Konsegwentement, il-fatt li d-dokument li tiegħu jintalab l-iżvelar ikun parti minn fajl amministrattiv dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE huwa suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti li jirrigwardaw tali proċedura, u dan irrispettivament min-numru ta’ dokumenti kkonċernati mit-talba.

(ara l-punti 71 sa 74)

5.      Fil-qasam tal-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti, il-werrej tal-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni relatat ma’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE jista’ jkun kopert minn preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess irrispettivament min-natura partikolari ta’ dan id-dokument. Ċertament, il-werrej huwa dokument li għandu karatteristiċi partikolari fis-sens li ma fihx kontenut, sa fejn huwa biss sunt tal-kontenut tal-fajl. Madankollu, l-ewwel nett huwa dokument li jorganizza l-fajl dwar il-proċedura inkwistjoni li, b’hekk, jagħmel parti mid-dokumenti kollha relatati. It-tieni nett, huwa dokument li jelenka d-dokumenti kollha fil-fajl, jagħtihom titolu u jidentifikahom. It-tielet nett, sa fejn il-werrej jirreferi għal kull dokument tal-fajl, huwa jikkostitwixxi dokument li jirrifletti d-dokumenti kollha tal-fajl kif ukoll ċerta informazzjoni dwar il-kontenut ta’ dawk id-dokumenti. Ir-raba’ nett, il-werrej jippermetti li wieħed jara l-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni fil-proċedura fil-qasam tal-akkordji. B’hekk, il-werrej tal-fajl fil-qasam tal-akkordji jista’ jinkludi informazzjoni rilevanti u preċiża dwar il-kontenut tal-fajl.

Minn dan jirriżulta li l-komunikazzjoni tal-elementi li jinsabu fil-werrej tista’, bħall-iżvelar tad-dokumenti nnifishom, tippreġudika l-interessi protetti mill-eċċezzjonijiet previsti mill-ewwel u mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, sa fejn twassal sabiex terz jikseb informazzjoni kummerċjali sensittiva jew informazzjoni dwar l-investigazzjoni li tkun għadha għaddejja.

(ara l-punti 75 sa 77)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 95 sa 99)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 110)