Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta Diċembru 2019 – Yieh United Steel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/15) 1

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan – Dazju antidumping definittiv – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 – Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/1036] – Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament 2016/1036] – Kalkolu tal-valur normali – Kalkolu tal-ispiża tal-produzzjoni – Bejgħ tal-prodott simili maħsub għall-konsum fis-suq intern tal-pajjiż esportatur”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yieh United Steel Corp. (Kaohsiung City, it-Tajwan) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Killick, G. Forwood u C. Van Haute, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU 2015, L 224, p. 10)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Yieh United Steel Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eurofer, Association européenne de l’acier, ASBL.

____________

1     ĠU C 38, 1.2.2016.