Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Di Marzio vs Il-Kunsill

(Kawża F-24/15) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Grupp ta’ funzjonijiet I –Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ grad  AST 3, AST 4 jew AST 5 jew f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat tal-grupp ta’ funzjonijiet III – Artikoli 2, 3a, 3b, 80 u 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ premura – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Antony Di Marzio (Limelette, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet I f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III, kif ukoll it-talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament subit.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

A. Di Marzio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 127, 20.4.15, p. 43.