Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' Novembru 2008 - Bosman vs Il-Kunsill

(Kawża F-145/07)1

(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal bil-kuntratt - Pensjoni ta' rtirar - Allowance tad-dar - Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg )

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Bosman (Lebbeke, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u P. Gennari Curlo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni individwali tat-28 ta' Frar 2007 li tirrifjuta l-allowance tad-dar għall-finijiet tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni ta' rtirar, abbażi tal-Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

P. Bosman għandu jbati l-ispejjeż kollha, jiġifieri l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 79, 29.03.08.