Language of document : ECLI:EU:T:2015:385





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2015 —
H.P. Gauff Ingenieure vs UASI – Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)

(Kawża T‑586/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti GAUFF — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Applikazzjoni għal restitutio in integrum — Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet — Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi — Avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali u, għaldaqstant, imprevedibbli (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 23-25)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Interpretazzjoni stretta (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità (ara l-punt 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 118/2013‑1), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Gauff GmbH & Co. Engineering KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.