Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2013 - Germans Boada vs UASI (Apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika)

(Kawża T-25/11) 

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Germans Boada, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ottubru 2010 (Każ R 771/2010-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Germans Boada, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 12.03.2011.