Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Electric Bike World vs UASI – Brunswick (LIFECYCLE)

(Kawża T-379/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFECYCLE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFECYCLE – Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment mill-Bord tal-Appell – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Electric Bike World Ltd (Southamptom, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Brunswick Corp. (Lake Forest, Illinois, l-Istati Uniti)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2308/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brunswick Corp. u Electric Bike World Ltd.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud

    Electric Bike World Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 355, 17.11.2012.