Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Mejju 2017 – C, A vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-257/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C, A

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan (C-583/10, EU:C:2012:638), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domandi preliminari tal-qorti Olandiża dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva f’tilwima li tikkonċerna d-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja tal-isponsors li għandhom nazzjonalità Olandiża, meta din id-direttiva ġiet iddikjarata, fid-dritt Olandiż, applikabbli b’mod dirett u inkundizzjonat għal dawn il-membri tal-familja?

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2003/86/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li fuq il-bażi tagħha applikazzjoni għal permess ta’ residenza awtonomu ta’ barrani b’residenza regolari fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ iktar minn ħames snin għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tista’ tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni meħtieġa fid-dritt nazzjonali?

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2003/86/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fuq il-bażi tagħha permess ta’ residenza awtonomu jista’ jingħata biss b’effett mid-data tal-applikazzjoni?

____________