Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ April 2013 – Hultafors Group vs UASI – Società Italiana Calzature (Snickers)

(Kawża T-537/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Snickers – Trade mark nazzjonali preċedenti verbali KICKERS – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hultafors Group AB (Bollebygd, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Rasmussen u T. Swanstrøm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Società Italiana Calzature SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cantalupi, A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 2519/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Società Italiana Calzature SpA u Hultafors Group AB.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Hultafors Group AB hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u mis-Società Italiana Calzature SpA matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u għall-ispejjeż sostnuti mis-Società Italiana Calzature SpA għall-finijiet tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell