Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Schenker vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-534/11) 1

[“Aċċess għal dokumenti Regolament (KE) Nru 1049/2001 Fajl amministrattiv u deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din id-deċiżjoni Rifjut ta’ aċċess Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni Interess pubbliku superjuri”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schenker AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Hammerstein, B. Beckmann u C.-D. Munding, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Kellerbauer, C. ten Dam u P. Costa de Oliveira, sussegwentement M. Kellerbauer, P. Costa de Oliveira u H. Leupold, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat); Martinair Holland NV (Haarlemmermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Wesseling u M. Bredenoord-Spoek, avukati); Société Air France SA (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati); Cathay Pacific Airways Ltd (Queensway, Hong-Kong, iċ-Cina) (rappreżentanti: inizjalment B. Bär-Bouyssière, avukat, M. Rees, solicitor, D. Vaughan, QC, u R. Kreisberger, barrister, sussegwentement M. Rees, D. Vaughan u R. Kreisberger); Air Canada (Québec, il-Kanada) (rappreżentanti: J. Pheasant, solicitor, u C. Wünschmann, avukat); Lufthansa Cargo AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) u Swiss International Air Lines AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment S. Völcker u E. Arsenidou, sussegwentement S. Völcker u J. Orologas, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl aministrattiv tad-deċiżjoni C (2010) 7694 finali (Każ COMP/39.258 – Ġarr ta’ merkanzija bl-ajru), għall-verżjoni integrali ta’ din id-deċiżjoni u għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tagħha.DispożittivId-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl amministrattiv tad-deċiżjoni C (2010) 7694 finali (Każ COMP/39.258 – Ġarr ta’ merkanzija bl-ajru), għall-verżjoni integrali ta’ din id-deċiżjoni u għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tagħha hija annullata, sa fejn il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għall-parti tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni inkwistjoni li tagħha l-impriżi kkonċernati minnha ma kinux talbu, jew ma għadhomx jitolbu, il-kunfidenzjalità.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Schenker AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV, Martinair Holla

nd NV, S

ociété Air France SA, Cathay Pacific Airways Ltd, Air Canada, Lufthansa Cargo AG u Swiss International Air Lines AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.