Rikors ippreżentat fil-5 ta' April 2011 - MB System vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-209/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8289 finali, tal-14 ta' Diċembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) mogħtija mill-Ġermanja favur il-Grupp Biria;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej.
Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti
Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti meta saret il-klassifikazzjoni bħala impriżi f'diffikultà;
Nuqqas li jiġu applikati l-Linji Gwida tal-1999 dwar is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta' impriżi f'diffikultà meta saret il-klassifikazzjoni tal-impriżi bħala impriżi f'diffikultà u meta saret il-verifika tal-valur intrinsiku tal-"Harten Patronatserklärung" [dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta' impriża mħejjija minn awdituri esterni];
Motivazzjoni insuffiċjenti għan-nuqqas li jiġu applikati l-Linji Gwida tal-1999 dwar is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta' impriżi f'diffikultà meta saret il-klassifikazzjoni tal-impriżi bħala impriżi f'diffikultà u meta saret il-verifika tal-valur intrinsiku tal-"Harten Patronatserklärung";
Evalwazzjoni żbaljata meta saret id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandu jitħallas lura minħabba li meta saret din id-determinazzjoni ma tteħditx inkunsiderazzjoni l-"Harten Patronatserklärung".
____________