Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2011 - Aldi Einkauf vs UASI - Illinois Tools Works (TOP CRAFT)

(Kawża T-374/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOP CRAFT - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Krafft - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament Nru 207/2009] - Użu ġenwin ta' trade marks preċedenti - Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009] u r-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Illinois Tools Works, Inc. (Glenview, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-25 ta' Ġunju 2008 (Każ R 952/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta' Ġunju 2008 (Każ R 952/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG, hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU 313, 06.12.2008.