Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta' Settembru 2008 minn Bart Nijs kontra d-digriet mogħti fis-26 ta' Ġunju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-5/07, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-371/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell ammissibbli,

tiddikjarah fondat,

għalhekk, tannulla d-digriet tas-26 ta' Ġunju 2008 fil-Kawża F-5/07, Bart Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa vvizzjat minn żball manifest fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet proċedurali, sa fejn dan jikkunsidra r-rikors inammissibbli, peress li ma ġewx osservati r-rekwiżiti ta' kjarezza, kif ukoll minn ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u applikazzjoni żbaljata tal-preżunzjoni ta' legalità għall-allegazzjonijiet tal-konvenuta, inkwantu dan ingħata wara skambju wieħed biss ta' noti.

Barra minn hekk, l-appellat jikkunsidra li d-digriet appellat huwa nieqes mill-kjarezza, jevalwa ħażin il-provi, huwa affettwat minn żball manifest fl-eżami tal-motivi mressqa fir-rikors u ma jeżaminax ċerti elementi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kellu jeżamina ex officio.

L-appellant isostni wkoll li d-digriet appellat kellu jieħu inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta' motivazzjoni fl-istadju prekontenzjuż u li dan huwa bbażat, b'mod żbaljat, fuq in-nuqqas ta' osservanza tat-termini, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma kellux biżżejjed informazzjoni sabiex jasal għal din il-konklużjoni.

____________