Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' April 2009 - Murnauer Markenvertrieb vs UASI - Fitne Gesundheit und Wellness (Notfall Bonbons)

(Kawża T-372/08)1

("Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Daniel u O.I. Haleen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Fitne Gesundheit und Wellness GmbH (Salzhemmendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. De Zorti, T. Grimm u M. Koch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Lulju 2008 (Każ R 909/2007-1) dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Murnauer Markenvertrieb GmbH u Fitne Gesundheit und Wellness GmbH.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Murnauer Markenvertrieb GmbH u Fitne Gesundheit und Wellness GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda għandha tħallas nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

____________

1 - ĠU C 313, 6.12.2008.