Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 - Murnauer Markenvertrieb vs UASI - Fitne Gesundheit und Wellness (Notfall Bonbons)

(Kawża T-372/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Daniel u O. I. Haleen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fitne Gesundheits-und Wellness GmbH (Salzhemmendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 909/2007 1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "Notfall Bonbons" għal prodotti fil-klassijiet 5 u 30 (applikazzjoni Nru 3 563 251)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fitne Gesundheits- und Wellness GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata milqugħa

Motivi invokati: il-ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi t-trade mark "Notfall Bonbons" għall-prodotti kkonċernati, mhijiex deskrittiva u hija nieqsa mill-karattru distintiv

____________