Language of document : ECLI:EU:T:2014:1066





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 —
Monster Energy vs UASI (REHABILITATE)


(Kawża T‑712/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali REHABILITATE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ))

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ))

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali REHABILITATE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ))

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 609/2013‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REHABILITATE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.