Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ġunju 2011 - van Arum vs Il-Parlament

(Kawża T-454/09 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' evalwazzjoni - Proċedura ta' evalwazzjoni 2005 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Rinse van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappresentanti: J. F. de Wachter, K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta' Settembru 2009, van Arum vs Il-Parlament (F-139/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Rinse van Arum għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fl-ambitu ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 37, 13..2.2010.