Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ġunju 2011 - Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Klassifikazzjoni fi grad waqt ir-reklutaġġ - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali tal-persuna kkonċernata - Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Eckehard Rosenbaum (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieléskiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta' Settembru 2009, Rosenbaum vs Il-Kummissjoni (F-9/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

E. Rosenbaum għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010.