Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2009 minn Rinse van Arum mis-sentenza mogħtija fl-10 ta' Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-139/07, van Arum vs Parlament

(Kawża T-454/09 P)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Appellant: Rin se van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell u l-aggravji u l-oġġezzjonijiet ippreżentati bħala ammissibbli; u

tannulla s-sentenza tal-10 ta' Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-139/07; u

billi tiddeċidi hija stess, tannulla d-deċiżjoni li tinkludi r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent; u

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż li r-rikorrenti kellu jsostni fiż-żewġ kawżi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq l-aggravji segwenti:

ksur tal-Artikoli 1 u 9 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll l-Artikoli 15(2) u 87(1) tal-iskema applikabbli għall-uffiċjali l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (traduzzjoni mhux uffiċjali) u ksur tad-dispożizzjoni tal-Manwal tal-evalwazzjoni

ksur tal-Artikolu 19 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni u tal-obbligu ta' motivazzjoni;

ksur tal-prinċipju tal-proċedura kontradittorja, tal-ugwaljanza bejn il-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża;

ksur tad-drittijiet fir-rigward tal-koerenza bejn l-evalwazzjoni u l-punti mogħtija, tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba;

ksur tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-użu ta' dokumenti mhux inklużi fil-proċess tal-kawża u ksur tal-prinċipju tal-proċedura tal-kontradittorja, kif ukoll minħabba bidla fl-oneru tal-prova b'ħsara għar-rikorrent u ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni;

ksur tad-dmir ta' premura minħabba li l-evalwatur finali b'negliġenza semma provi zbaljati u ksur tal-prinċipji tad-dritt fir-rigward tal-oneru tal-prova

applikazzjoni żbaljata ta' liġi, tal-ġurisprudenza u tal-prinċipji tad-dritt li jirrigwardaw l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, id-dmir ta' premura, id-diliġenza u l-amministrazzjoni tajba u l-prinċipji tad-dritt li jirrigwarda l-prova;

ksur tad-dritt minħabba l-konstatazzjonijiet inintelliġibbli magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u minn kwalifikazzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni u tar-regoli ta' amministrazzjoni tajba;

konstatazzjoni żbaljata tal-fatti.

____________