Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2012 - ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-128/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni sabiex jiġu rkuprati, skont l-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-allowances kollha għat-tfal dipendenti li r-rikorrent irċeva indebitament u mhux biss dawk li rċeva indebitament matul l-aħħar ħames snin.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-9 ta' Diċembru 2011 sa fejn din, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, titlob l-irkupru tal-ammonti kollha rċevuti indebitament minn Settembru 1999 u mhux biss ta' dawk rċevuti indebitament matul l-aħħar ħames snin abbażi tal-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra tqis li r-rikorrent intenzjonalment qarraq bl-amministrazzjoni;

sakemm ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lil Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________