Language of document :

Rikors ippreżentat fil-28 ta' Ġunju 2012 - Cartoon Network vs UASI - Boomerang TV (BOOMERANG)

(Kawża T-285/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Cartoon Network, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Starr, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boomerang TV, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' April 2012 fil-Każ R 699/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BOOMERANG" għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1160050 tat-trade mark figurattiva "Boomerang TV", għal servizzi fil-klassi 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________