Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Deutsche Post vs UASI – PostNL Holding (TPG POST)

(Kawża T-102/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PostNL Holding BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tal-11 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 2108/2012-1 u

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut u, fejn xieraq, lill-partijiet l-oħra.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: PostNL Holding BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TPG POST” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 20, 35, 38 u 39 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2 920 916)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks nazzjonali u Komunitarji “DP”, “POST” u “Deutsche Post” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 16, 25, 28, 35, 36, 38, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009