Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Schell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Eżekuzzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Arno Schell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - L-annullament, prinċipalment, tal-listi tal-uffiċjali promossi taħt il-proċeduri ta' promozzjoni 2004 u 2005, safejn dawn il-listi ma jinkludux l-isem tar-rikorrent u, sussidjarjament, tal-attribuzzjoni tal-punti ta' promozzjoni għall-proċeduri ta' promozzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 237, 30.9.2006, p. 18