Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo (Spanja) fis-27 ta’ Novembru 2015 – Carlos Álvarez Santirso vs Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias

(Kawża C-631/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carlos Álvarez Santirso

Konvenuta: Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias

Domanda preliminari

Il-Klawżola 4 tal-ftehim qafas li għalih tagħmel riferiment id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE 1 , tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni reġjonali bħal-Liġi tal-Prinċipat ta’ Asturias 6/2009, tad-29 ta’ Diċembru 2009, dwar l-evalwazzjoni tas-servizz ta’ tagħlim pubbliku u tal-inċentivi relatati miegħu (Ley del Principado de Asturias 6/2009 de 29 de diciembre de evaluación de la función pública docente y sus incentivos), li fl-Artikolu 2 tagħha tissuġġetta l-ammissibbiltà għall-pjan ta’ evalwazzjoni (u għalhekk għall-benefiċċju tal-inċentivi finanzjarji marbuta ma’ dan il-pjan) għall-fatt li persuna tkun uffiċjal permanenti, u għalhekk bl-esklużjoni tal-membri tal-persunal mhux permanenti?

____________

1 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.