Language of document : ECLI:EU:T:2021:840


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T433/20)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ – Arrikkiment indebitu”

1.      Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rifjut ta’ restituzzjoni lill-persuna kkonċernata tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni – Possibbiltà għall-persuna kkonċernata li tippreżenta rikors ibbażat fuq l-arrikkiment indebitu tal-Unjoni

(Artikoli 268 u 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikolu 11(2))

(ara l-punti 35, 36)

2.      Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rifjut ta’ restituzzjoni lill-persuna kkonċernata tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni – Eżistenza ta’ arrikkiment indebitu tal-Unjoni – Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 2 u 11(2))

(ara l-punti 38-48)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita, ikkonfermata mid-deċiżjoni espliċita tal-10 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad it-talba għal restituzzjoni tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KY hija kkundannata għall-ispejjeż.