Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Teva Pharmaceutical Industries u Cephalon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Petach Tikva, l-Iżrael), Cephalon Inc. (West Chester, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Tayar u S. Ortoli, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8153 final tas-26 ta’ Novembru 2020 fl-intier tagħha;

tikkanċella l-multi imposti fuq Teva Pharmaceutical Industries Ltd u fuq Cephalon Inc. fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuq Teva Pharmaceuticals Industries Ltd;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkaratterizzat il-ftehim inkwistjoni bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkaratterizzat il-Ftehim ta’ Riżoluzzjoni bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball meta applikat l-Artikolu 101(3) TFUE.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-multi imposti fuq Teva u fuq Cephalon għandhom jiġu annullati, jew li, għall-inqas, il-multa imposta fuq Teva għandha titnaqqas b’mod sinjifikattiv.

____________