Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 – CF vs EASA

(Kawża F-40/12) 1

(Servizz Pubbliku – Ex membru tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Tkeċċija matul leave tal-mard – Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Fastidju psikoloġiku)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CF (Bierges, il-Belġju) (rappreżentant: A. Schwend, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subiti minħabba din it-tkeċċija u minħabba l-fastidju allegat.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li biha l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni temmet il-kuntratt ta’ membru tal-persunal ta’ CF hija annullata.

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni kkundannata tħallas lil CF is-somma ta’ EUR 88 189.76 bħala kumpens għad-danni materjali.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u kkundannata tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti minn CF.

CF għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 184, 23.06.2012, p. 24