Language of document : ECLI:EU:T:2014:607





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 — Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

(Kawża T‑181/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jwassal għal miżuri restrittivi kontra persuna jew entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data tal-komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna interessata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Impossibbiltà li l-Kunsill jagħti notifika (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 29-31)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna interessata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura fir-rigward tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 43-46, 50)

3.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 57, 58)

4.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Aġir li jikkorrispondi għal sostenn għal tali proliferazzjoni — Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 59, 62, 69, 70, 72, 73, dispożittiv 1, 2)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi ġodda li jinkriminaw — Portata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 60, 61)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna interessata fl-istess waqt li jiġi adottat l-att li jikkawżalha preġudizzju, jew immedjatament wara — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew twettiq tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Portata (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 64-69)

7.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jirrigwardaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Żamma tal-effetti ta’ dawn l-atti matul perijodu ta’ xahrejn mid-data tal-għoti tas-sentenza (it-tieni paragrafu tal-Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 77-83 u d-dispożittiv 3)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn din inkludiet l-isem tar-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru  2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dan inkluda l-isem tar-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din inkludiet l-isem ta’ Sharif University of Technology fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan inkluda l-isem ta’ Sharif University of Technology fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jinżammu fis-seħħ, fir-rigward ta’ Sharif University of Technology, għal perijodu ta’ xahrejn dekorribbli mill-għoti ta’ din is-sentenza.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sharif University of Technology.