Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Mejju 2010 - Scatizza vs UASI - Jacinto (HORSE COUTURE)

(Kawża T-238/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Scatizza (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Manuel Jacinto, Lda (S. Paio de Oleiros, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 723/2009-2;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tordna lill-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, fil-każ fejn hija tkun intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "HORSE COUTURE", għall-prodotti fil-klassi 18 - Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 6030399

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Portugiża għal trade mark Nru 379879 tat-trade mark figurattiva "HORSE", għall-prodotti fil-klassi 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________