Language of document : ECLI:EU:T:2011:121





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Cybergun vs UASI – Umarex Sportwaffen (AK 47)

(Kawża T‑419/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali AK 47 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Rikors imressaq kontra deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju deċiża fl-ewwel istanza u rrinvijata lill-Bord tal-Appell - Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ kawżi - Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punti 15-18)

2.                     Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a)) (ara l-punti 37, 42-45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 289/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG u Cybergun SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali AK 47 għall-prodotti fil-klassi 28 – Trade mark Komunitarja Nru 4528378

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Cybergum SA

Parti li ressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.