Language of document : ECLI:EU:T:2012:450





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/09)

“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq Griegi għall-provvista ta’ linjite u ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku – Deċiżjoni li tistitwixxi miżuri speċifiċi sabiex tirrimedja għall-effetti antikompetittivi ta’ ksur tal-Artikolu 86(1)KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE, ikkonstatat f’deċiżjoni preċedenti – Artikolu 86(3)KE – Annullament tad-deċiżjoni preċedenti”

Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Deċiżjoni li tistabbilixxi miżuri sabiex tirrimedja għal ksur antikompetittiv ikkonstatat f’deċiżjoni preċedenti annullata – Assenza ta’ bażi ġuridika – Annullament (Artikolu 86(3) KE; Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 38-40)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6244 finali, tal-4 ta’ Awwissu 2009, li tistitwixxi miżuri speċifiċi sabiex tirrimedja għall-effetti antikompetittivi tal-ksur stabbilit f’deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2008 dwar l-għoti u ż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet favur DEI għall-estrazzjoni ta’ linjite.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6244, tal-4 ta’ Awwissu 2009, li tistitwixxi miżuri speċifiċi sabiex tirrimedja għall-effetti antikompetittivi tal-ksur stabbilit f’deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2008 dwar l-għoti u ż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet favur Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għall-estrazzjoni ta’ linjite, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ DEI.

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.