Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ottubru 2009 - Poslovni Sistem Mercator vs UASI - Mercator Multihull (MERCATOR STUDIOS)

(Kawża T-417/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Poslovni Sistem Mercator, d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: M. Curell Aguila u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Mercator Multihull, Inc. (Vancouver, il-Kanada)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tas-16 ta' Lulju 2009 fil-Każ R 1031/2008-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Mercator Multihull, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "MERCATOR STUDIOS", għal prodotti fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjonijiet fis-Slovenja tat-trade mark figurattiva "Mercator" għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 39, 41 u 42, u għal prodotti fil-klassijiet 1-6, 8-11, 13-34; Reġistrazzjoni fis-Slovenja tat-trade mark figurattiva "Mercator Slovenska Košarica" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-6, 8-11, 13-34, 39, 41, 43 u 44; Reġistrazzjonijiet internazzjonali tat-trade mark "Mercator", għal prodotti fil-klassijiet 1-6, 8-11, 13, 14, 16-18, 20-33, u għal servizzi fil-klassijiet 36, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li saru l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell naqas li jwettaq analiżi globali tal-fatturi rilevanti u minflok ċaħad l-oppożizzjoni fuq il-bażi li s-servizzi huma differenti, u evalwa b'mod żbaljat l-oppożizzjoni bbażata fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar.

____________