Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2009 - BSA vs UASI - Loblaws (PRÉSIDENT)

(Kawża T-420/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BSA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Masson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Loblaws, Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fis-17 ta' Awwissu 2009 mir-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1744/2008-4),

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "PRÉSIDENT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 29, 30 u 42 - Applikazzjoni Nru 2 135 200

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Loblaws Inc.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Franċiża "President's Choice" għal prodotti fil-klassijiet 5, 30, 31 u 32 u t-trade mark figurattiva Komunitarja "PRESIDENT'S CHOICE" għal prodotti fil-klassijiet 30, 31 u 32 (Trade mark Komunitarja Nru 1 872 407)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] u tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 1, kif ukoll tal-prinċipju tal-kontradittorju fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).