Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/10) 1

(“Approssimazzjoni tal-liġijiet – Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent – Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq – Talba għal reviżjoni interna – Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati jew ikkonċernati – Kawża fejn ma għadx hemm is-suġġett – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Association/Vereniging Justice & Environment (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Černý, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u D. Bianchi, sussegwentement D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92 527 1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu (ĠU L 53, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, p. 15) kif ukoll id-deċiżjoni allegata kontenut fl-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2010 li tiċħad it-talba għal reviżjoni interna ta’ dawn id-deċiżjonijiet.Dispożittiv1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.2)    Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Assoċjazzjoni/Vereniging Justice & Environment.