Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2013 – CSF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/13 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-komsumaturi u tal-ħaddiema sabiex jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw mill-użu ta’ magni – Miżura adottata mill-awtoritajiet Daniżi li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u għall-ġarr ta’ materjal li ma għandux struttura ta’ protezzjoni adatta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġġustifikata –Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSF Srl (Grumolo delle Abbadesse, l-Italja) (rappreżentanti: R. Santoro, S. Armellini u R. Bugaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: G. Zavvos, aġent, assistit minn M. Pappalardo, avukat)SuġġettTalba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/173/UE, tat-8 ta’ April 2013, dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal (ĠU L 101, p. 29).DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.